Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt tar-rapper Amerikan Coolio fl-għomor ta’ 59 sena. Huwa kien l-aktar popolari għall-kanzunetta Gangsta’s Paradise, li minkejja li ħarġet f’nofs is-snin disgħin baqgħet popolari ħafna snin wara.
L-ewwel indikazzjonijiet juru li r-rapper miet b’attakk tal-qalb, madanakollu se tkun l-awtopsja li se tiddetermina l-kawża tal-mewt ta’ Coolio.
Il-pulizija Amerikana qalet li m’hemmx indikazzjoni li kien hemm użu ta’ xi sustanzi llegali jew suspett ta’ qtil.
Huwa miet f’residenza ta’ ħabib tiegħu, fil-fatt, kien sieħbu li sabu mixħut mal-art wara li mar sal-kamra tal-banju u baqa’ ma rritornax.
Tim mediku pprova jsalva ħajjet ir-rapper, iżda, b’xorti ħażina huwa kien iddikjarat mejjet fuq il-post ftit tal-ħin wara.
Ritratt: Rob Verhorst/Redferns