Ix-Chargé d’Affaires fl-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Malta, Gwendolyn Green, tat lid-Direttur tal-Financial Intelligence Analysis Unit (l-FIAU), Kenneth Farrugia, bħala n-nominat tal-Ambaxxata tal-Istati Uniti għall-premju tas-Segretarju tal-Istat Amerikan ‘International Anticorruption Champions Award’.
L-Ambaxxata tal-Istati Uniti qalet li għażlet lis-Sur Farrugia għax-xogħol bla heda tiegħu wara l-kwinti biex jikxef il-kriminalità finanzjarja, il-ħasil tal-flus, u l-evażjoni tat-taxxa.