Wara kważi tliet xhur ta’ vaganzi tas-sajf, l-Erbgħa filgħodu eluf ta’ studenti minn madwar Malta u Għawdex irritornaw lura fuq il-bankijiet tal-iskola.
It-tfal kienu ħerqana sabiex jerġgħu jiltaqgħu ma’ sħabhom fl-iskola, filwaqt li jieħdu l-edukazzjoni mill-mijiet ta’ għalliema dedikati f’sena skolastika ġdida.
Eluf ta’ studenti waslu l-iskola permezz tat-trasport b’xejn offrut mill-Gvern, filwaqt li oħrajn dehru jaslu mal-ġenituri jew nanniet.
Ta’ min isemmi kif l-iskejjel din is-sena fetħu b’normalità sħiħa, hekk kif fis-sentejn li għaddew għal xi xhur it-tagħlim sar b’mod virtwali jew bir-restrizzjonijiet minħabba l-imxija.
Ftit tal-jiem ilu, il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima ta serħan il-moħħ li fl-iskjejjel tal-istat hemm biżżejjed għalliema sabiex jagħtu t-tagħlim lill-istudenti.