Raġel ta’ 22 sena u ieħor ta’ 24 sena sofrew ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’żewġ inċidenti tat-traffiku separati, ilbieraħ waranofsinhar.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs fejn il-Pulizija kienu nfurmati li kien hemm bżonn l-assistenza minħabba nċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 22 sena residenti San Pawl il-Baħar intlaqat minn xarabank.
It-tieni inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs fejn Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Kymco Agility misjuq mill-vittma u Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 72 sena residenti Birkirkara.
Huma ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġew iċċertifikati li sofrew minn ġrieħi gravi.