Ramon Abela ta’ 47 sena u Miriam Elabed ta’ 29 sena ġew ikkundannati ħmistax-il sena ħabs bejniethom, wara l-Qorti sabithom ħatja li wettqu serqa minn fuq mara u bil-vittma tant issawtet, li spiċċat bi ksur f’rasha.
Il-każ imur lura għal Mejju tal-2019 f’Tas-Sliema, meta l -imputati ppruvaw jisirqu handbag ta’ mara mill-Maċendonja. Waqt din is-serq bix-xebgħa li qalet ikkaġunawlha diżordni f’moħħha.
Fil-Qorti, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li din l-istorja turi li l-karattru tal-imputati huwa wieħed ta’ bla bla qalb. Żiedet tgħid li huwa ovvju li ż-żewġ imputati mhumiex denji jitħallew jgħixu fil-komunita, sabiex jitgħallmu jirrispettaw il-liġijiet tal-pajjż.
B’hekk il-Qorti kkundannat lir-raġel tmien snin ħabs, waqt li l-mara ngħatat ħames snin ħabs.