Mara li dalgħodu nqalbet bil-karozza ġietha tajba, jekk tista’ tgħid hekk, għax sofriet biss ġrieħi ħfief.
L-inċident seħħ 07:20, f’zona mwarrba magħrufa bħala tal-Fiddien, ir-Rabat. Il-karozza nqalbet mingħajr impatt ma’ karozzi oħra, u kellhom jissejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistuha toħroġ u sabiex inaddfu t-triq miż-żejt.