Riżultati mill-aqwa għat-team nazzjonali tal-federazzjoni maltija tal-Karate fil-Kampjonati għall-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f’Liechtenstein.
L-atleti maltin rebħu total ta’ 28 midalja: 10 tad-deheb, 2 tal-fidda u 16 tal-bronz. Midalji li ntrebħu f’kategoriji u etajiet differenti.
Malta ħadet sehem b’team ta’ 37 atleta li kienu akkumpanjati minn zewġ uffiċjali, erba’ kowċies u ħames referees.
L-etajiet tal-atleti maltin kienu ta’ bejn it-12 u s-26 sena.
Flimkien ma’ Malta fil-kompetizzjoni ħadu sehem seba’ pajjizi oħra, b’total ta’ 222 atleta parteċipant b’kollox. Malta spiċċat fit-tielet post tal-klassifika ġenerali bħala rebħ ta’ midalji.