L-Iżlam huwa kontra l-ewtanasja u s-suwiċidju għax jikkonsidrawhom bħala dnubiet mejta li huma kontra l-liġi u li min jagħmilhom jiġi kundannat minn Allah fil-ħajja l-oħra.
Dan qalu llejla l-Imam Mohamed El Sadi meta indirizza laqgħa konġunta tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa li komplew id-diskussjoni dwar l-ewtanasja f’pajjiżna.
L-Imam qal li dan joħroġ mill-ħsieb teoloġiku li r-ruħ mhix tal-bniedem u l-ħajja u l-mewt tagħha huma f’idejn Allah.
Madankollu, ħafna skulari Iżlamiċi jikkunsidraw il-kura pallativa u l-waqfienb ta’ trattament ineffettiv bħala permessibbli f’xi każi. Madankollu, qal, l-Iżlam jinkoraġixxi lill-pażjenti biex joffru l-uġiegħ bħala mezz ta’ purifikazzjoni u maħfra. L-Iżlam anqas jaċċetta x-xewqatal-bniedem li jmut.