Bernard Grech irid jipprotesta kontra Gvern li qed jagħti għajnuna bla preċedent quddiem sfidi bla preċedent mad-dinja kollha.
Qal dan il-Partit Laburista permezz ta’ stqarrija dwar il-protesta li ħabbar il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech bħal lum ġimgħa fil-Belt Valletta.
Dan f’mument fejn il-pajjiżi Ewropej l-oħra raw splużjoni fil-prezzijiet tal-enerġija u kien f’Malta biss li dawn il-prezzijiet baqgħu stabbli.
Il-Partit Laburista sostna kif huwa ċar li Bernard Grech ma jafx x’qed jiġri fid-dinja u huwa tassew politiku ddisprat li ma jafx x’se jaqbad jagħmel biex jipprova jikseb xi ftit relevanza fil-partit li suppost imexxi.