Malta temmet l-impenji tagħha fil-Kampjonat Ewropew LEN U19 fl-għaxar post hekk kif fl-aħħar logħba ta’ klassiifkazzjoni tilfet kontra l-Olanda bl-iskor ta’ 13-9.
Wara bidu bilanċjat, hekk kif l-ewwel sessjoni spiċċat fi draw ta’ 1-1, l-Olanda rebħu ż-żewġ sessjonijiet ta’ wara rispettivament 4-2 u 4-1.
Reazzjoni tal-maltin fl-aħħar sessjoni bihekk kif ħarġu rebbieħa 5-4. Madanakollu din ir-reazzjoni ma kenitx biżżejjed biex isalvaw il-logħba.
Il-goals ta’ Malta waslu minn dopjetta ta’ Gianni Farrugia u Sam Gialanze filwaqt li Mark Castillo, Jake Cachia, Daniel Rizzo, Alec Fenech u Jake Bonavia skorjaw goal kull wieħed.
Minkejja t-telfa tas-sibt il-bilanċ tat-team malti f’dawn il-Kampjonati huwa wieħed pożittiv ħafna hekk irnexxielna nispiċċaw mal-aqwa għaxar timijiet fl-Ewropa.
Team kien malti immexxi mill-kowċ Anthony Farruġia.