Ilbieraħ fil-gazzetta tal-Gvern ħareġ li dawk li se jixtru karozza tal-elettriku se jibbenefikaw minn inċentivi akbar.
Filfatt minn din is-sena l-iskema hija estiża għal iżjed nies bil-ħsieb li tissaħħaħ l-ħidma favur arja aktar nadifa fit-toroq.
Dan kif tħabbar fil-budget ta’ din is-sena u li daħlu fis-seħħ minn nhar it-Tlieta permezz ta’ avviż fil-gazzetta tal-Gvern. Peter Paul Barbara minn Transport Malta spjega li dawk li se jixtru karozza tal-elettriku se jibbenefikaw bejn €5,000 u €8,000.