Raġel li attakka, hedded u insulta tliet uffiċjali tal-pulizija waqt li kien fis-sakra ingħata multa ta’ €6,000.
Simon Woodhead, li jgħix il-Belt Valletta wieġeb mhux ħati li ma obdiex il-pulizija u li attakkahom fil-lejla tat-tletin ta’ Novembru bil-konsegwenza li weġġa lil PC Charlot Chircop.
Huwa ammetta wkoll li saq xurban u li sar reċediv. Il-Qorti ordnat trattament għal Woodhead, sabiex jingħata għajnuna li tgħinu jegħleb il-vizzju tax-xorb.