Fid-dawl tat-tbassir tal-maltemp fuq il-gżejjer Maltin fis-sigħat li ġejjin, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol appellat lil min iħaddem u lill-ħaddiema biex jaġġornaw ruħhom dwar ir-riskji u l-perikli assoċjati ma’ dawn il-kundizzjonijiet tat-temp biex jiġu evitati inċidenti bla bżonn.
L-OHSA appellat biex f’siti ta’ kostruzzjoni, ikun żgurat li scaffoldings, pontijiet, galleriji, aperturi u xbieki ma’ faċċati jkunu siguri.
Fl-istess waqt, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha skont il-liġi biex titħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema kollha.
Dan jgħodd ukoll għal xogħlijiet oħra, inkluż fil-qasam tat-trasport, xogħol fl-għoli u xogħol fuq barra.
Dawn il-miżuri jinsabu miġbura f’dokument li għandu jservi ta’ gwida b’informazzjoni dwar il-proċeduri u dak li għandu jsir f’każ ta’ xita qawwija jew silġ, jew kundizzjonijiet ħżiena oħra tat-temp, li jinsab fuq is-sit https://qrco.de/kundizzjonijiet_temp.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI