Il-Federazzjoni Maltija Għall-Motorsport flimkien ma’ Island Karting Club u Karting Club Malta, ħabbret ir-rebbieħa tad-diversi klassijiet fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting għal din is-sena. Il-Kampjonat ta’ ħames rounds ġie organizzat fit-trakka La Reve f’Ħal Far.
Ayrton Tonna rebaħ l-Entry Level Class
Mason Barun rebaħ il-Klassi Mini 60cc
Daniel Abela rebaħ il-Klassi Mini 60cc GR3
Zane Pace rebaħ il-Rotax Micro Class
Morgan Tyler Zammit Azzopardi rebaħ il-Iame X30 Mini Class
Iame X30 Junior Class intrebħet minn Kian Gauci
Kyle Mercieca rebaħ il-Iame X30 Senior Class
Kenneth Vella rebaħ il-Iame X30 Masters Class
Owen Mangion rebaħ il-Rotax Max Class
Lucas Pace rebaħ il-Vortex Senior Class, u
Neville Zammit rebaħ il-Vortex Masters Class