GREĊJA 8-3 MALTA
(3-2) (0-0) (3-1) (2-0)
It-team nazzjonali malti tal-waterpolo tilef l-ewwel logħba tiegħu ta’ klassifikazzjoni fil-Kampjonat Ewropew LEN U19 meta safa’ megħlub mill-Greċja bl-iskor ta’ 8-3. B’hekk sfumaw it-tamiet li nispiċċaw fl-ewwel tmien postijiet ta’ dawn il-kampjonati.
Il-maltin taw sfida fl-ewwel żewġ sessjonijiet. L-ewwel waħda intrebħet mill-Greċja 3-2, filwaqt li t-tieni sessjoni spiċċat fi draw ta’ mingħajr goals.
Il-griegi żiedu l-offensiva fl-aħħar żewġ sessjonijiet li ntrebħu minnhom rispettivament 3-1 u 2-0.
It-tliet gowls tat-team malti waslu minn dopjetta ta’ Sam Gialanze u goal ta’ Alec Fenech.
Għada fil-11.30 Malta jmissha tilgħab logħba oħra ta’ klassifikazzjoni għal bejn id-disa’ u t-tnax il-post. L-avversarji ta’ Malta jkunu Georgia.