‘Dak li Jgħodd’ għal darb’oħra se jerġa’ ikun hemm għal disa’ xhur jesplora flimkien mal-mistiedna professjonisti kif nistghu niggwidaw liż-żgħar tagħna biex jikbru u jiżviluppaw b’valuri, rispett, resiljenza u kurżita għall-ħajja.
Minn meta bdiet tipproduċi dan il-programm Claire Agius Ordway tistqarr li l-affarijiet inbidlu ferm. Il-ħajja inbidlet, il-prioritajiet u iċ-ċirkostanzi nbiddlu għalhekk huwa dmir tagħna nitgħallmu biex niggwidaw lil dawk iż-żgħar bl-aħjar mod possibbli.
‘Dak li Jghodd’ jiddiskuti u jesplora dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ trobbija tat-tfal kif ukoll jiltaqa’ ma persuni li għaddew minn esperjenzi partikulari u li minnhom ser nitgħalmu jew nagħmlu kuraġġ. ‘Dak li Jghodd’ huwa d-direttorju fejn tista’ ssib dak kollu li għandu x’jaqsam mat-trobbija tat-tfal. Il-programm jibda jixxandar min-nhar it-Tlieta 27 ta’ Settembru u kull nhar ta’ Tlieta fil-5:30pm fuq ONE.