Fil-jum meta sar il-funeral tar-Reġina Eliżabetta II, il-President ta’ Malta kellu intervista ma’ Richard Quest fuq l-istazzjon televiżiv internazzjonali, CNN.
Hawnhekk il-President George Vella tkellem dwar iż-żmien li r-Reġina għexet hawn Malta, fl-aħħar tas-snin erbgħin u l-bidu tas-snin ħamsin, ftit qabel saret Reġina tar-Renju Unit.
Il-President Vella nnota kif ir-Reġina kienet tirreferi għaż-żmien li kienet tgħix f’Malta bħala wieħed mill-isbaħ mumenti ta’ ħajjitha.
Waqt din l-intervista ġie nnutat kif Villa Gwardamangia, il-post fejn kienet tgħix ir-Reġina nxtara mill-Gvern, sabiex ikun irestawrat.
Il-President George Vella semma kif ir-Reġina dejjem ħadmet sabiex il-Commonwealth ikun b’saħħtu u l-pajjiżi msieħba fih jaħdem flimkien.
Dwar il-funeral tal-eks Kap tal-Monarkija tar-Renju Unit, il-President ta’ Malta qal li s-servizz li sar kien wieħed solenni u ta’ rispett lejn ir-Reġina.
Ara l-intervista hawn taħt: