“Dalgħodu, jien u Miriam sellimna lill-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II f’Westminster Hall. Kien tassew mument sabiħ fejn għadd kbir ta’ mexxejja dinjija u membri tal-pubbliku resqu lejn it-tebut b’rispett biex isellmu għall-aħħar darba lir-Reġina Eliżabetta II”
Stqarr dan il-President ta’ Malta, George Vella, li jinsab Londra jirrappreżenta lil pajjiżna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’kummenti max-xandir nazzjonali, il-President qal li kien impressjonat bl-atmosfera ta’ devozzjoni mill-pubbliku preżenti waqt li sellem il-memorja t’Eliżabetta II f’Westminster Hall.
Tista’ tisma’ l-intervent hawn: