Il-President Amerikan Joe Biden wasal fl-Londra għall-funeral tar-Reġina Eliżabetta II li se jsir għada.
Biden huwa fost il-ħames mitt Kap ta’ Stat u dinjitarji mistennija li jkunu f’Londra għal dan il-funeral.
S’issa waslu wkoll il-Prim Ministru Kanadiż, Justin Trudeau, il-Prim Ministru Awstraljan, Anthony Albanese u dik ta’ New Zealand Jacinda Ardern, filwaqt li oħrajn qegħdin jaslu minn ħin għall-ieħor.
Bosta minn dawk li huma mistiedna għall-funeral tar-Reġina, mistennija wkoll li jżuru Westminster Hall fejn hemm it-tebut tagħha filwaqt li jiffirmaw il-ktieb tal-kondoljanzi f’Lancaster House.
Għal ħafna dinjitarji mistiedna, il-funeral ta’ għada, se jkun wieħed mill-ftit opportunitajiet diplomatiċi hekk se jiltaqgħu eluf ta’ dinjitarji mill-erba’ kantunieri tad-dinja.
Madanakollu, minkejja l-mijiet li mistennija jattendu, ma ntbgħatx invit għar-rappreżentanti mir-Russja, l-Belarus, Myanmar, Sirja, Venezuela u l-Afghanistan. Filwaqt li l-Korea ta’ Fuq u Nicaragua kienu biss mistiedna jibgħatu ambaxxatur u mhux Kap tal-Istat.