Raġel ġie arrestat wara li avviċina t-tebut tar-Reġina Eliżabetta waqt li kien fil-kju biex jagħti t-tislima tiegħu fis-Sala ta’ Westminister.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija tal-bieraħ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għal xi ħin ix-xandira diretta li turi n-nies isellmu t-tebut tar-Reġina twaqqfet sakemm is-sitwazzjoni reġgħet ġiet għan-normal.
It-tebut se jibqa’ f’Westminister sa nhar it-Tnejn, jum il-funeral.
Ritratt: LightRocket, Getty Images