Fi tmien il-ġimgħa timijiet maltin tal-Open u l-Veterani flimkien mat-team ta’ taħt is-sittax -il sena se jieħdu sehem fit-Tazza tad-Dinja tat-Table Football li se ssir Ruma u li ħa tiġi organizzata mill-Federation of International Sports Table Football.
Il-kontinġent se jħalli Malta l-Ġimgħa u se jkun akkumpanjat mill-President tal-assoċjazzjoni lokali Patrick Pace flimkien ma’ membri tal-kumitat
It-tim tal- Open se jkun kompost min Samuel Bartolo, Jean Carl Tabone, Mark Gauci, Derek Conti Joe Borg Bonaci, Jurgen Balzan u Jamie Bonnici. Il-plejers kollha se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta fl-Open filwaqt li Jamie Bonnici se jieħu sehem fil-Kategorija U20.
It-tim tal-Veterani se jkun kompost min Charles Aquilina, Massimo Cremona, Jason Pisani, John Zammit u Mario Camilleri, bil-plejers kollha se jirrapreżentaw lil Matlta fil -kompetizzjoini tal-Individwali tal-Veterani. Charles Aquilina se jkun qed jiddefendi t-titlu li kien rebah fl-aħħar edizzjoni li kienet saret f’Gibilita fl-2018.
It-tim ta’ Taħt is-Sittax -il sena se jkun kompost minn Thomas Ebejer, Jeshua Bonnici, Jayden Bonnici u Robert Farrugia Randon bil-plejers kollha se jkunu involuti fil-kompetizzjonijiet individwali skond l-eta tagħhom. It-team se jkun taħt il-gwida ta’ Jamie Bonnici.
Il-logħob tal-Individwali se jintlagħab is-sibt, filwaqt li l-loghob tan Nazzjonijiet jsir il-Ħadd. Il-kontingent jirritorna Malta it-Tnejn.