Dean Donovan Frendo li qiegħed jiġi mixli bil-qtil involontarju ta’ Antoine Degabriele wara li dan tal-aħħar nstab bla ħajja fiż-Żejtun nhar il-5 ta’ Awwissu.
Waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda dwar dan il-każ kompliet sar magħruf kif filmati tal-inċident wrew karozza ssuq b’veloċità qawwija u oħra tgħaddi ftit sekondi wara eqreb lejn il-bankina.
Bit-tieni karozza tkun dik li tajjret lil Degabriele bil-konsegwenza li spiċċa mixħut f’għalqa biswit it-triq.
Id-difiża ta’ Frendo għamlet talba għal ħelsien mill-arrest quddiem il-Qorti Kriminali liema talba ġiet onorata f’digriet mill-Qorti mogħti nhar l-Erbgħa.
Fid-digriet, il-Qorti rrimarkat li Frendo qatt ma xellef difrejgħ mal-ġustzzja u li ilu aktar minn xahar fil-kustodja tal-Pulizija b’rabta mal-każ.
Il-Qorti żiedet tgħid li l-imputat ma jistax isofri minħabba d-dewmien fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Minkejja dan l-Imħallef Conseulo Scerri Herrera għamlet talba biex jidħol fis-seħħ l-użu tal-electronic tagging, li teħtieġ tibdil fil-liġi u tinsab fi stadju Parlamentari.
Scerri Herrera ħelset lill-imputat mill-arrest fuq depożitu ta’ tliet elef ewro u garanzija personali ta’ sebat’elef ewro.
Il-Qorti ħatret uffiċjal tal-Probation biex isegwi lil Frendo filwaqt li ġie ordnat ma joħroġx minn daru bejn it-tmiejna u nofs ta’ filgħaxija u s-sitta u nofs ta’ filgħodu u jiffirma kuljum fl-eqreb għassa.