Hekk kif fir-Renju Unit ser tkun qed tingħata l-aħħar tislima lir-Reġina Eliżabetta II, għajnejn id-dinja ser tkun fuq dak li jkun qed jiġri nhar it-Tnejn li ġej 19 ta’ Settembru.
ONE, se jkun qed ixandar programm speċjali b’xandira diretta bejn l-10am u l-5pm. Bi preżentazzjoni ta’ Antoinette Falzon u Anton Falzon dan il-programm ser jinkludi diversi mistiedna li ser jitkellmu dwar is-70 sena tar-Reġina Eliżabetta II.