Infetħet inkjesta maġisterjali dwar ittra b’theddida mibgħuta lil Maġistrat Nadine Lia.
Fl-ittra msemmija hemm miktub li l-karriera u l-ħajja personali tagħha se jitkissru.
Din l-ittra waslet wara li l-istess Maġistrat rrifjutat li tirrikuża lilha nfisha minn kawża relatata mal-Bank Pilatus.
Intant, b’reazzjoni għal dan, il-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard, ikkudanna dan l-att filwaqt li esprima s-solidarjetà tiegħu mal-Maġistrat Lia.
Fuq Facebook, il-Ministru Attard qal li kull min jemmen fis-saltna tad-Dritt għandu jirrispetta l-proċessi ġudizzjarji u jħallihom jaħdmu.