Raġel ta’ 72 sena weġġa’ gravi waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’għalqa f’Għajnsielem.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9.30 fil-limiti taż-Żewwieqa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li l-anzjan minn Għajnsielem, weġġa’ waqt li kien qed jaħdem b’moħriet.
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, u wara ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.