Il-ħidma tal-Enemalta fejn jidħol it-tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’pajjiżna bdiet tħalli l-frott. Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta Jonathan Cardona flimkien ma’ diversi inġiniera li ddeskrivew sa fejn waslet din il-ħidma.
Din il-ħidma qed issir b’investiment ta’ disgħin miljun ewro fuq pjan ta’ sitt snin. Fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena diġà ġew investiti ħdax-il miljun ewro minn ħmistax allokati kull sena. Saħansitra, fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena, inqabżu l-miri li kellhom jintlaħqu matul din is-sena f’ċertu oqsma, b’mod speċjali f’partijiet ta’ network b’vultaġġi iżgħar.
Ix-xogħol li qiegħed isir jinkludi investiment ħolistiku f’kull parti tas-sistema. Fost oħrajn, saru upgrades fit-tliet ċentri tad-distribuzzjoni f’Ħal Tarxien, Marsascala u l-Imrieħel u inbidel is-switchgear u transformers fi 12-il substation biex kibret il-kapaċità tagħhom u ġew attrezzati b’tagħmir modern. It-tekniċi tal-Enemalta kontinwament qed jistudjaw in-network u joħorġu bi pjan għat-tisħiħ tan-network. Dan jitlob interventi varji.
Barra minn hekk, ġew installati f’diversi inħawi aktar minn 25 LVR li huwa apparat li jistabilizza l-vultaġġ meta jiżviluppaw varjazzjonijiet fih.d-Distribuzzjoni sa l-cables li jwasslu l-elettriku fid-djar u n-negozji. Dan wassal sabiex naqsu b’madwar 34% l-każijiet ta’ qtugħ tad-dawl matul dan is-sajf, meta mqabbel mas-sajf tas-sena l-oħra.
Din is-sena r-rekords tad-domanda inqabżu aktar minn darba. L-għola domanda għall-elettriku matul il-ġurnata kienet fis-7 ta’ Lulju meta d-domanda kienet ta’ 581 megawatts. Kellna mbagħad rekord ieħor fis-17 t’Awissu meta d-domanda filgħaxija laħqet 542 megawatts. Dan ifisser żieda ta’ 2.8 u 5.6 % rispettivament fuq iddomanda rekord tas-sena l-oħra.