Dikjarazzjonijiet kunflinġenti minn naħa tal-prosekuzzjoni waslu biex raġel akkużat b’pusses u traffikar ta’ droga inħeles.
Il-każ imur lura għall-2009 meta f’Ta’ Qali fejn kien għaddej ‘party’ l-Pulizija elevat żewġ pilloli ecstasy u nofs.
Filwaqt li fix-xhieda tiegħu uffiċjal tal-Pulizija qal li l-pilloli kienu qed jinġarru mill-akkużat, Lizio Grech, in-nota fuq il-pilloli esebiti kienet tgħid li nġabru mill-art.
Hawn il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, staqsiet fejn instabu dawn il-pilloli. Quddiem ix-xhieda li ma taqbilx l-akkużat inħeles u d-droga inqerdet.