L-għejja taf tagħmel tagħha fl-aktar mumenti strambi.
Hekk ġralha mara bl-isem ta’ Eloisa, li waqt programm Spanjol bl-isem ‘La Tarde, aquí y ahora’ raqdet fl-istudio.
Biex jiċċajta, il-preżentatur qal “ma nafx jekk hux qed tmut live fuq it-televiżjoni, jew jekk sempliċement raqditx Eloisa”. Talab lill-pubbliku iċapċap bilmod biex ma jqajjimx lil Eloisa. Tefa d-dawl u mar iqajjimha.
Sitwazzjoni li waqt il-programm daħku biha, però ninsabu konxji li hemm min għandu problema serja u jorqod bla twissija. Kundizzjoni li ġġib magħha ħafna tbatija u li mhux ta’ min wieħed jagħmel żufjett. Il-mara però ammettiet li ma tantx raqdet il-lejl ta’ qabel.