L-ispanjol Carlos Alcaraz rebaħ l-Open tal-Istati Uniti meta fil-finali matul il-lejl li għadda għeleb lin-norveġiz Casper Ruud f’erba’ sets. Għal Alacarz dan kien l-ewwel Grand Slam fil-karriera. Fl-eta’ ta’ dsatax –il sena, Alcaraz sar l-iżgħar tennista li rebaħ Grand Slam, minn meta dsatax -il sena ilu Rafael Nadal kien rebaħ l-Open ta’ Franza.
B’din ir-rebħa Alacaraz anke tela’ fil-quċċata tar-rankings ATP biex ħa post ir-russu Daniil Medvedev.
Fil-finali tal-US Open, l-ispanjol għeleb lin-norveġiż bil-punteġġ ta’ 6-4, 2-6, 7-6 u 6-3.
Min-naħa tiegħu, Casper Ruud bit-telfa f’din il-finali, naqas milli jkun hu li jitla’ fl-ewwel post tar-rankings.