Ħaddiem ta’ 57 minn Birkirkara tilef ħajtu wara li waqa’ għoli ta’ madwar ħames sulari f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Qormi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:15 ta’ dalgħodu fi Sqaq iż-Żiemel, limiti tal-Ħandaq.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wettaq operazzjoni sabiex il-katavru tar-raġel jittella’ minn ġo xaft.
Fuq il-post hemm bosta uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku.
It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet Inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace.
Dan filwaqt li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, mistennija tifaħ ukoll inkjesta separata.