Fi tliet inċidenti separati, tliet xufiera ta’ mutur: raġel ta’ 35 sena minn Ħal Qormi; raġel 52 sena residenti s-Swieqi u raġel 65 sena mir-Rabat lkoll indarbu gravi wara li ħabtu ma’ vettura.
L-inċidenti seħħew matul il-lejl li għadda fis-Swieqi, f’Ħ’Attard u fir-Rabat rispettivament.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ix-xufiera tal-muturi kollha ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huma ġew iċċertifikati li sofrew minn ġrieħi gravi.
Is-sewwieqa tal-vetturi huma: raġel ta’ 49 sena residenti San Ġwann; raġel ta’ 60 sena residenti Ħaż-Żabbar u żagħżugħ ta’ 26 sena minn Pembroke.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.