Miriam Sciberras u Klaus Vella Bardon komplew bil-kampanja tagħhom u ta’ dak li jsejħu l-Life Network kontra l-morning after pill tant li ressqu protest ġudizzjarju fil-Qorti kontra l-Morning After Pill.
Fil-protest qalu li huma favur il-ħajja u din ir-raġuni tal-protest kontra l-Awtorità tal-Mediċini li tat il-permess li tħalli l-morning after pill f’pajjiżna. Għal darb oħra sostnew li l-morning after pill mhijiex kontraċettiv fis-sens ordinarju tal-kelma, u anke jekk kienu kwotati rapporti xjentifiċi li jsostnu mod ieħor intqal li din tista’ tkun abbortiva.
Qalu wkoll li bid-decizjoni arbitrarja tagħha li tippermetti l-importazzjoni u tixrid tal-“Morning After Pill” f’pajjiżna, l-Awtorita` dwar il-Mediċini ġabet fix-xejn ir-Rakkomandazzjonijiet magħmulin mill Kumitat Konġunt tal-Parlament.
Sciberras u Vella Bardon qalu li qed iżommu l-Awtorità dwar il-Medicini u l-membri tagħha responsabbli u se jirriservaw id-dritt li jieħdu miżuri ulterjuri.