Ħames persuni mietu fi New Zealand wara li d-dgħajsa li kienu fuqha nqalbet, x’aktarx wara li ħabtet ma’ balena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ħdax-il persuna, b’bosta minnhom kienu parti minn grupp ta’ persuni li jsegwu l-għasafar, kienu abbord id-dgħajsa meta nqalbet f’Goose Bay qrib Kaikoura.
Il-Pulizija rrifjutaw li jispekolaw x’seta’ kkawża l-inċident, iżda s-Sindku ta’ Kaikoura, Craig Mackle, qal kif jemmen li d-dgħajsa jaf ħabtet ma’ balena li kienet qrib il-wiċċ tal-baħar.