Ġie inawgurat ir-restawr li sar fuq pittura fil-Kappella tas-Sagra Familja b’investiment ta’ €12,000.
Ir-restawr sar fuq il-pittura prinċipali, li hija meqjusa unika minħabba li huwa rari li omm il-Madonna tkun impittra mas-Sagra Familja.
Fost l-oġġetti rrestawrati, ġie rrestawrat ukoll għamara li kienet fl-istess Kappella, bil-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa ħabbar dan waqt l-inawgurazzjoni tar-restawr.
Is-Sindku tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa Scott Camilleri saħaq li l-għan tal-Kunsill huwa li jkompli jinvesti u jikkura numru ta’ postijiet storiċi u artistiċi li jinsabu f’Birżebbuġa.
Preżenti kien hemm ukoll, is-Segretarju permanenti Alison Zerafa Civelli.
Dan il-proġett ta’ restawr sar b’investiment ta’ il fuq minn tnax il-elf ewro fejn ġie ko-finanzjat minn fondi Ewropej taħt il-Programm ta’ Żvilupp Rurali għal Malta 2014-2020, immaniġjati mill-fondazzjoni GAL Xlokk, u minn fondi tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa, bl-approvazzjoni tal-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta u bil-kollaborazzjoni u l-koperazzjoni sħiħa tal-Parroċċa ta’ Birżebbuġa.