Kif kien mistenni, il-futbol kollu fir-Renju Unit ġie pospost b’rispett, wara l-mewt tar-Reġina Eliżabetta II.
Għaxar logħbiet mill-Kampjonat Premier Ingliż u sitta mill-Kampjonat Premier Skoċċiż kienu skedati li jintlagħbu bejn illum u nhar il-Ħadd li ġej. Apparti minn hekk anke il-Kampjonati f’livelli inferjuri kif ukoll l-futbol femminili ġew posposti.
Mhux il-futbol biss ġie affetwat iżda anke sport ieħor bħal cricket, golf u tiġrijiet taż-żwiemel ġew posposti.
Il-gvern Ingliż sostna li l-posponiment ma’ kienx obbligatroju u kull dixxiplina sportiva kellha tieħu d-deċiżjonijiet individwali tagħha.
Ritratt: BBC / Getty Images