Ftit mumenti wara li tħabbret il-mewt tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni, ir-Renju Unit daħal fi stat ta’ luttu nazzjonali.
F’Londra stess inzertat kienet preżenti Mariah Farrugia, li hija fotografa u studenta tal-arti diġitali fl-Università ta’ Malta, u li wriet l-atmosfera partikolari f’Londra f’dan il-perjodu storiku.
Fost l-oħrajn wieħed seta’ jara numru ta’ persuni jwaħħlu l-bukketti tal-fjuri mal-entrata tal-Palazz Buckingham, li kien qed itajjar il-bandiera Brittanika mezzasta.
Ġew innutati wkoll ritratti tar-Reġina mal-istazzjonijiet tal-metro u tal-linja.
Iż-żmien ta’ luttu nazzjonali se jdum għaxart ijiem.
Ritratti: Mariah Farrugia