Serb ta’ 34 sena tkeċċa minn Malta u ġie iddeportat lura lejn is-Serbja wara li nstab ħati li waddab flare fil-ground Nazzjonali ‘Ta’ Qali waqt il-partita bejn Ħamrun Spartans u Partizan Belgrade.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel tressaq il-Qorti mill-Pulizija affaċċjat b’diversi akkużi u nstab ħati. Huwa weħel sentenza ta’ sena u nofs ħabs sospiżi għal erba’ snin waqt li ġie pprojbit milli jidħol f’attivitajiet sportivi għal perjodu ta’ sena.
Wara s-sentenza tal-Qorti, Il-Pulizija tal-immigrazzjoni keċċiet lir-raġel mill-pajjiż. Fl-aħħar jiem is-Serb kien miżmum fiċ-ċentru ta’ d-detenzjoni sakemm ikun deportat lejn pajjiżu.