Il-Prim Ministru l-ġdid tar-Renju Unit, Lizz Truss, ħabbret pakkett ta’ għajnuna li se jkun qiegħed jistipula li l-kontijiet tal-enerġija ma jaqbżux massimu ta’ elfejn u ħames mitt sterlina għal familja tipika.
Din il-miżura mistennija tibqa’ fis-seħħ sal-2024.
S’issa għadu mhux ċar kemm din il-miżura mistennija tiswa lir-Renju Unit, bil-Prim Ministru ma ħabbritx ċifra uffiċjali, madanakollu qiegħed ikun stmat li din tista’ tiswa sa mija u ħamsin biljun sterlina.
Il-Prim Ministru iżda irrimarkat kif dawn iż-żminijiet straordinarji jeħtieġu azzjonijiet straordinarji.
Dan filwaqt, li n-negozji wkoll se jkunu mgħejjuna bil-kontijiet tal-enerġija se jkollhom limitu għal sitt xhur, inqas minn kemm kien qiegħed jkun antiċipat qabel dak li ħabbret il-Prim Ministru.
Kritiċi għal dawn il-miżuri qalu kif l-għajnuna mhijiex indirizzata kemm hemm bżonn skont il-qagħda finanzjarja tal-persuni, b’dawk l-aktar vulnerabbli m’humiex eliġibbli għal għajnuna addizzjonali.
Dan bil-konsegwenza, li minkejja dak imħabbar mill-Prim Ministru, miljuni ta’ persuni xorta waħda mistennija jsofru l-effetti li ma jkollhomx biżżejjed fjuwil biex isaħħnu djarhom.