Is-Segretarju għad-Difiża Amerikan, Lloyd Austin ħabbar pakkett ta’ għajnuna li l-Istati Uniti se tagħti lill-Ukrajna bi spiża li se tlaħħaq iż-żewġ biljun u seba’ mitt miljun dollaru Amerikan.
Dan il-pakkett se jinkludi sitt mija ħamsa u sebgħin miljun dollaru Amerikan.
Austin flimkien ma’ diversi Ministri oħrajn kienu qegħdin jindirizzaw lill-midja f’bażi tal-ajru Amerikana, f’Ramstein, il-Ġermanja.
S’issa l-Istati Uniti diġà nefaq mat-tlettax-il biljun dollaru Amerikan f’għajnuna militari lill-Ukrajna.
Dan filwaqt li l-amministrazzjoni preżenti ta’ Joe Biden wegħdet maż-żewġ biljun dollaru Amerikan f’għajnuna fit-tul kemm għall-Ukrajna kif ukoll lill-pajjiżi ġirien tagħha milquta mill-invażjoni Russa.
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Anthony Blinken, żar il-kapitali Ukrena, Kyiv, filwaqt li l-kollegi tiegħu ikkomottew aktar għajnuna lill-Ukrajna.