Charlene Gatt ta’ 37 sena minn Ħaż-Żebbuġ nżammet arrestata wara li tressqet il-Qorti akkużata li kisret ħames kundizzjonijiet ta’ libertà provizjorja mill-Qorti.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-arrest seħħ ilbieraħ wara li marret fl-għassa tal-Pulizija ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Ġie spjegat li l-Qorti fit-8 ta’ Ġunju, hija ngħatat kundizzjoni mill-ħelsien mill-arrest, biex tiffirma kuljum fl-Għassa ta’ Ħaż-Żebbuġ, iżda hija qatt ma marret tiffirma.
Fil-Qorti ntqal ukoll li l-imputata għamlet xahar rikoverata l-isptar, iżda dan kien bejn Lulju u Awwissu.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużata, fejn hi għandna residenza fissa u għandha kundizzjoni medika f’għajnejha.
Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech ċaħdet it-talba għall-ħelsien, minħabba li l-imputata ma tgawdi l-ebda affidibilità u għandha fedina kkulurita.
Il-każ ġie diferiet, hekk kif il-Prosekuzzjoni trid tippreżenta aktar evidenza f’dan il-każ. Il-każ se jkompli nhar l-Erbgħa li ġej, fejn se tingħata s-sentenza.