Il-President ta’ Malta, George Vella, irċieva l-Ittri ta’ Kredenzjali mingħand l-Ambaxxatriċi l-ġdida tar-Renju tan-Netherlands għal Malta, Divera Gerritdina Anna Afra El Adimi-Koekkoek.
Waqt iċ-ċerimonja ġie diskuss l-istat eċċellenti tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi kif ukoll it-tisħiħ tagħhom, b’enfasi partikolari fuq il-kummerċ u t-turiżmu.
Ġew diskussi wkoll diversi kwistjonijiet dwar l-istabbilità fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna, flimkien mal-iżviluppi li qed jevolvu fir-reġjun tal-Mediterran.
Tqajmu wkoll l-isfidi globali maħluqa min-nuqqasijiet fis-sigurtà tal-enerġija u tal-ikel.