Anzjan ta’ 87 sena minn Raħaħ Ġdid weġġa’ serjament wara li ntlaqat minn mutur f’Għajn Dwieli.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8:30 ta’ dalgħodu, fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid.
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mutur li tajjar lill-anzjan, kien qed jinstaq minn raġel ta’ 54 sena mill-Isla.
Mar ukoll tim mediku u l-vittma ttieħed l-isptar Mater Dei.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Elaine Mercieca li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.