Raġel ta’ 62 sena residenti l-Fontana sofra ġrieħi serji wara li ntlaqat minn mutur f’Għawdex.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-disgħa u nofs fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn mutur Honda CRF misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti l-Qala.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.