It-Tnejn waranofsinhar, il-Prim Ministru Robert Abela żar għal għarrieda t-timijiet tar-regatta tal-Kottonera.
F’kitba fuq Facebook, il-Prim Ministru Robert Abela qal li waqt din iż-żjara ltaqgħa ma’ diversi qaddiefa, uffiċjali ta’ timijiet u dilettanti tar-Regatta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dr Abela tkellem magħhom dwar it-tħejjijiet għal nhar il-Ħamis, fir-Regatta tradizzjonali ta’ Jum il-Vittorja, kif ukoll semgħa l-isfidi li jiltaqgħu magħhom.