Infetħu l-applikazzjonijiet għas-servizz b’xejn li jagħti l-kolazzjon b’xejn lil studenti li għandhom ġenituri li jaħdmu t-tnejn li huma, magħruf bħala l-Breakfast Club.
Dan is-servizz, apparti li jagħti ċans lil studenti sabiex jieħdu ikla importanti, jagħti wkoll opportunità sabiex l-istudenti jintegraw bejniethom qabel tibda ġurnata iskola.
Is-servizz huwa miftuħ għall-istudenti tal-Primarja li l-ġenituri jew kustodji legali tagħhom huma it-tnejn impjegati.
Wieħed jista japplika permezz ta’ dan is-sit : https://forms.office.com/r/a2cv56vMV7