Il-vidjow il-ġdid li ħareġ il-grupp Delirium riċentament jisejjaħ “Medusa”. Dan il-vidjow huwa bbażat fuq il-ħrafa antika ta’ Medusa, il-mostru mitoloġiku li ħareġ miż-żmien tal-Griegi, iżda f’dan il-vidjow naraw il-Medusa fiż-żmien ta’ llum.
Il-vidjow jibda b’mod kemm xejn misterjuż, għaliex jiftaħ b’xeni li fil-verita’ jiġru lejn l-aħħar tal-ħrafa ta’ Medusa. Medusa tibda bħala tfajla normali, imma tinbidel f’dan il-mostru meta tiġi traduta mill-għarus għażiż tagħha. Dan iġiegħel lil Medusa tiżbroffa u joħroġ dan il-mostru minn ġo fiha, u tibda tuża s-sriep biex timmanipula l-irġiel ta’ madwarha biex tużahom kif tixtieq hi. Sfortunatament, l-istorja ma tispiċċax b’mod sabiħ għal Medusa għax tispiċċa ddur lejha nfisha. B’dan il-vidjow il-grupp Delirium ukoll jġib l-attenzjoni tal-fisazzjoni li għandha s-soċjeta’ lejn il-midja soċjali.