Kummenti tal-President Elett Donald Trump dwar in-NATO wasslu għal tħassib serju mill-istess forza tan-NATO.
Trump qal li n-NATO hija forza skaduta u bi tweġiba għal dan, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż saħaq li dawn il-kummenti huma ta’ għajb minn dak li se jkun qed imexxi l-aktar pajjiż b’saħħtu fid-dinja.
Fil-ġimgħa li Trump se jkun qed jinħatar bħala President tal-Istati Uniti l-kontroversji madwaru komplew jiżdiedu. Huwa anki kritika lill-Kanċillier Angela Merkel li għamlet żball fil-politika li ħaddnet dwar l-immigrazzjoni u hedded li jimponi taxxi ferm għola fuq karozzi manifatturati fil-Ġermanja.