Minkejja l-wirja qalbiena, t-tim nazzjonali Malti tal-Waterpolo ġarrab it-tielet telfa fil-Kampjonat Ewropej tal-LEN meta l-Ġimgħa wara nofsinhar ġie megħlub minn Franza 15 għal 8.
It-tim Malti kien dejjem viċin l-avversarji tant li l-skor sat-tmiem it-tielet sessjoni kien ta’ 8 – 7 favur Franza iżda l-franċiżi skorjaw seba’ darbiet fl-aħħar sessjoni biex eventwalment rebħu l-konfront.
Fl-ewwel sessjoni kellna draw ta’ 1 – 1 bit-tim Malti jitlef it-tieni sessjoni 4 – 2 iżda jerbaħ it-tielet waħda 4 – 3. L-aħħar sessjoni ġiet merbuħa minn Franza 7 – 1.
Malta, taħt il-gwida ta’ Karl Izzo, terġa tkun fl-azzjoni nhar il-Ħadd kontra Slovakkja fil-11.30am.
Ritratt: Total Waterpolo / Laszlo-Balogh