Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fi triq Xatt Ta’ Liesse, l-Belt Valletta, llejla u għada bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u s-6.00 ta’ filgħodu.
Waqt ix-xogħol, din il-parti tat-triq mhux ser tkun aċċessibbli għat-traffiku. Inħeġġu lis-sewwieqa biex jgħaddu minn toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.