Mill-iskeda l-ġdida, is-segwaċi ta’ ONE ser ikollhom l-opportunita’ li jsegwu programm ġdid mit-Tnejn sal-Ġimgħa. ”FOST IL-ĠIMGĦA” ser ikun il-programm li jżomm kumpanija lil ħafna, mill-10am san-12:30pm bi preżentazzjoni ta’ Matilde Balzan.
Permezz ta’ dan il-programm, Matilde ser tkun qed tirritorna lura fuq ONE u ser tmexxi dan il-programm, mimli mistiedna fuq suġġetti varji. B’ħafna informazzjoni, sezzjonijiet edukattivi, suġġetti kurrenti, diskussjonijiet, attivitajiet u fuq kollox kuntatt mas-segwaċi.
Il-programm, kif iġib ismu ser ikun l-għażla ta’ bosta li jagħżlu li jsegwu t-televiżjoni fost il-ġimgħa, filgħodu.
FOST IL-ĠIMGĦA, għandu produzzjoni ta’ Wayne Aquilina flimkien mal-istess team ta’ nies li f’dawn l-aħħar snin fuq ONE mexxew u produċew b’suċċess il-programm Espresso